Notifiki

€270,000 għal żewġ proġetti li ħa jtejbu d-dritt tal-konsumatur

Permezz ta’ fond ta’ mitejn u sebgħin elf ewro, l-Awtorità Maltija għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni se tkun qed ittejjeb is-servizz tagħha b’żewġ proġetti ġodda.

Kien il-MEUSAC li għen u nforma b’dawn il-fondi disponibbli.

Garil Flores, l-uffiċjal li ħa ħsieb li jitmexxew dawn il-proġetti, qal li l-ewwel proġett, li ħa jkun qed jingħata fond ta’ mija u għoxrin elf ewro, ħa jkun qed iħares sabiex jekk il-konsumatur jkollu problema, jkun jista’ jiġi mgħejun mill-Awtorità stess b’mod iżjed effiċjenti.

Dan għaliex l-Awtorità temmen li l-konsumatur jinsab fil-qalba tal-ekonomija.

It-tieni proġett ħa jsir b’fond ta’ mija u ħamsin elf ewro, u ma’ ONE NEWS, Flores spjega li dan il-proġett ħa jkun qed jiffoka fuq l-aspett diġitali.

Qal kif, “It-tieni proġett ħa jkun qed iħares li nipproteġu s-suq fejn jidħol l-aspett diġitali. Ħa nkunu qed nsaħħu l-Awtorità permezz ta’ taqsima ġdida li ħa tkun iffukata fuq investigazzjonijiet diġitali li permezz tiegħu ħa naraw li prodotti li mhumiex siguri jitneħħew minn fuq is-suq.”

Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, Deo Debattista, stqarr li mill-Budget tal-elfejn u tnax għal Budget elfejn u wieħed u għoxrin kien hemm żieda fil-fondi allokati lil din l-Awtorità.

Fil-fatt il-fondi rduppjaw.

Spjega kif, “B’kollox għamilna żieda fil-fondi sabiex niggarantixxu li s-servizz li tagħti l-MCCAA jkun wieħed ta’ livell għoli għaliex dak jirrifletti fuq il-protezzjoni tal-konsumatur u nħarsu iżjed il-kompetizzjoni ġusta f’Malta.”

Il-Ministru Carmelo Abela, responsabbli mid-djalogu soċjali, saħaq fuq l-importanza li entitajiet governattivi jingħaqdu flimkien sabiex jitjieb l-operat f’pajjiżna.

Qal li, “Il-Gvern bid-dipartimenti tiegħu, bl-awtoritajiet u l-entitajiet għandna nimmiraw li nkomplu ntejbu s-servizz li nagħtu. B’dan il-proġett rajna żewġ entitajiet tal-gvern il-MUSEAC u l-MCCAA li jaħdmu flimkien fuq żewġ proġetti, l-MCCAA kienu interessati li japplikaw għalihom.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend