Fl-aħħar sigħat, 127 persuni oħra fiequ mill-Covid-19, filwaqt li feġġew 121 każ minn fost 3,512 testijiet.
Dan ifisser li 96.6% tat-testijiet li saru ġew negattivi filwaqt li 3.4% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru ħames 557,184 test.
Intant mara ta’ 65 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.
Hija kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fid-29 ta’ Diċembru u mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-mara, appella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni. Huwa importanti li min għandu xi sintomi ma joħroġx u jċempel 111.