Repubblikani lesti jivvotaw għat-tneħħija ta’ Donald Trump minn President – One News

Notifiki

Repubblikani lesti jivvotaw għat-tneħħija ta’ Donald Trump minn President

Repubblikani lesti jivvotaw għat-tneħħija ta’ Donald Trump minn President b’rabta mal-irvellijiet f’Capitol Hill.

Repubblikani ngħaqdu mal-Partit Demokratiku Amerikan biex Donald Trump jitneħħa minn President.

Skont l-aħħar rapporti jidher li issa, membri mill-partit ta’ Trump stess qed jgħidu li lesti jivvotaw biex jitneħħa mill-poter minħabba li allegatament, Trump instiga l-vjolenza waqt irvellijiet f’Capitol Hill il-ġimgħa li għaddiet.

Il-Kamra tar-Rappreżentanti Amerikana mistennija tivvota llum dwar it-tneħħija ta’ Trump, li jfisser li jekk dak il-vot jgħaddi, Donald Trump ikun l-uniku President fl-istorja tal-Istati Uniti li jkun affaċċja l-proċess formali ta’ tneħħija darbtejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend