Programm speċjali llejla fuq ONE dwar l-ewwel sena ta’ Robert Abela fit-tmexxija – One News

Notifiki

Programm speċjali llejla fuq ONE dwar l-ewwel sena ta’ Robert Abela fit-tmexxija

Illejla, għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, ONE se jxandar programm speċjali fl-ewwel anniversarju ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru ta’ Malta u Mexxej tal-Partit Laburista.

Bil-preżentazzjoni ta’ Pablo Micallef, il-programm se jiddiskuti diversi kisbiet li saru matul l-aħħar tnax-il xahar ma’ mistiedna ġejjin minn setturi differenti tal-ħajja.

Matul il-programm ta’ siegħa u nofs, se jixxandru wkoll siltiet minn intervisti li ttieħdu ma’ nies qrib Robert Abela.

L-aħħar edizzjoni tad-dokumentarju MIJA li kellha tixxandar illum, se tixxandar aktar ’il quddiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend