Proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-kwalità tax-xandir f’pajjiżna – One News

Notifiki

Proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-kwalità tax-xandir f’pajjiżna

Membri mill-kumpaniji tal-produzzjoni u l-midja tlaqqgħu kollha f’post wieħed sabiex jipparteċipaw fi proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-kwalità tax-xandir f’pajjiżna. Dan bħala parti minn proċess ta’ tiġdid fl-istazzjon nazzjonali.

Fil-bidu tal-attività, il-Ministru fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela stqarr li meta ġie maħtur bord ġdid saħaq li dan kien bi skop sabiex tkun imtejba l-kwalità tax-xandir nazzjonali. Stqarr li hija l-ambizzjoni tal-Ministeru li l-istat jgħin iktar lix-xandir f’pajjiżna. Għalhekk huwa stqarr li għal din is-sena hemm allokat €800,000 minn fond li ser ikunu qed jintużaw biex il-kontenut għal fuq it-televiżjoni jitjieb.

Il-Ministru Abela qal, “Huwa importanti ħafna li naħdmu fuq il-kwalità u biex dan isir hemm bżonn li jsiru ċertu riformi, ċertu tisħiħ, ċertu tiġdid u allura l-konsultazzjoni nħoss li hija importanti biex aħna nifhmu lil xulxin, jiġifieri kemm bħala stazzjonijiet naħseb f’dan ir-rigward mhux biss l-istazzjon nazzjonali, iżda kull stazzjon. Imbagħad hemm il-parti l-oħra li nifhmu aktar id-diffikultajiet tagħhom u kif nistgħu nkunu ta’ sapport għalihom.”

Huwa nnota wkoll kif 30 sena ilu daħlet liġi li nediet il-pluraliżmu fix-xandir. Stqarr li dan l-iżvilupp sar bil-ħsieb li jibqa’.

Iċ-Chairperson tal-PBS, Carmen Sammut spjegat kif permezz ta’ proċess ta’ tiġdid ser tkun qed titjieb il-kwalità filwaqt li l-infiq isir b’aktar għaqal.

Wara l-ftuħ tal-attività dawk kollha preżenti ġew maqsuma fi gruppi u ħadu sehem f’diskussjonijiet sabiex ikunu jistgħu jwasslu l-ħsibijiet tagħhom u b’hekk jgħaddu l-ideat tagħhom dwar dan il-proċess ta’ tiġdid.

Minister within the Office of the Prime Minister Carmelo Abela addresses a consultation titled ‘Kwalità Aħjar fix-Xandir’
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend