L-Uffiċċju Ewropew għal dawk li jfittxu l-ażil jinvesti iżjed fl-operat f’Malta – One News

Notifiki

L-Uffiċċju Ewropew għal dawk li jfittxu l-ażil jinvesti iżjed fl-operat f’Malta

Matul din is-sena, l-Uffiċċju Ewropew li jagħti l-appoġġ lil dawk li japplikaw għall-ażil, l-EASO se jkun qed iżid l-għajnuna u jagħti iżjed sostenn lil dawn il-membri stati tal-Unjoni Ewropea, li huma l-aktar milquta mill-problema tal-immigrazzjoni.

L-aġenzija Ewropea se żżid l-operat tagħha f’ħames membri stati; Malta, Spanja, l-Italja, Ċipru u l-Ġreċja.

F’dawn il-ħames membri stati l-aktar milquta, l-EASO se jkun qed iħaddem madwar elfejn persuna.

F’Malta se jkun qed iżid il-ħaddiema b’84 persuna mis-sena l-oħra. Dan hekk kif din l-aġenzija fl-2020 kienet qed tħaddem 65 persuna, filwaqt li din is-sena mistennija tħaddem 149 persuna.

Il-ħidma ta’ din l-aġenzija f’pajjiżna tinkludi fiha l-intervisti ta’ dawk li japplikaw u tagħti l-appoġġ lil dawk li jkunu qed jistennew il-proċess tal-ażil tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend