Notifiki

L-Oppożizzjoni tipprova timmina ħidmet l-Awditur Ġenerali

Waqt il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi, l-Erbgħa waranofsinhar, l-Oppożizzjoni wriet nuqqas ta’ fiduċja fl-Awditur Ġenerali u riedet tieħodlu xogħlu, dak ta’ skrutinju.

Dan waqt id-diskussjoni tal-kuntratt tal-Electrogas.

Permezz tad-deputati Nazzjonalisti; Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina u Ryan Callus, saret talba biex tinġab kopja tal-kuntratt tal-proġett tal-Electrogas mingħajr partijiet iċċensurati.

Dan wara li kien l-Awditur Ġenerali li kien qed jiskrutinizza l-kuntratt tal-Electrogas.

Hawnhekk l-erba’ deputati Laburisti, Glenn Bedingfield, Clayton Bartolo, Alex Muscat u Ian Castildi Paris ma laqgħux din it-talba mressqa mill-Oppożizzjoni, hekk kif saħqu li b’din il-mossa l-Oppożizzjoni mhux tirrispetta l-opinjoni tal-awditur ġenerali.

Il-membri tal-Gvern komplew jisħqu li huma jafdaw fl-uffiċċju tal-awditur ġenerali u qalu li huma joqogħdu fuq il-kelma tiegħu.

Il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield, f’isem il-Gvern saħaq li ma jridx jimmina l-fiduċja f’isem l-istituzzjoni tal-Awditur Ġenerali.

Huwa stqarr: “Aħna tant kemm nirrispettawh illi rridu noqogħdu nisimgħu l-kelma tiegħu.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend