Il-PM f’laqgħa mal-parteċipanti li lestew il-kors organizzat mill-Fondazzjoni Ideat – One News

Notifiki

Il-PM f’laqgħa mal-parteċipanti li lestew il-kors organizzat mill-Fondazzjoni Ideat

F’Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-parteċipanti li lestew il-kors b’suċċess organizzat mill-Fondazzjoni Ideat, fi ħdan il-Partit Laburista.

Il-Prim Ministru Abela awgura lil dawn il-persuni talli ħadu sehem f’dan il-kors u tkellem magħhom dwar il-kors politiku li ħadu.

Min-naħa tagħha, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Ideat Elaine Degiorgio qalet li l-kors ta’ din is-sena bl-isem ta’ ‘Introduction to Politics’ kien wieħed ta’ suċċess minkejja li minħabba l-pandemija dan kellu jsir b’mod differenti.

Degiorgio qalet kif dawn il-parteċipanti, li tinterassahom il-politika ġejjin minn oqsma differenti fis-soċjetà.

Hija spjegat: “Din is-sena sar differenti mis-soltu, is-soltu jieħu forma ta’ YouProgress, kien imsemmi b’dak il-mod. Però din is-sena xtaqna aktar laqta professjonali, propju dik il-laqta ta’ introduzzjoni għall-politika tradizzjonali. Ma konniex qed inħarsu lejn politika partiġġjana iżda konna qed inħarsu lejn il-bażi prinċipali ta’ kif bniedem għandu jikkomunika l-ideat tiegħu u anke b’mod rispettabli lejn xulxin.”

ONE News tkellem ukoll ma’ Brian Scicluna, wieħed mill-parteċipanti ta’ dan il-kors.

Saħaq kif permezz ta’ dan il-kors tgħallem aktar fosthom dwar il-komunikazzjoni u l-istorja politika.

Huwa sostna: “Jien li laqtitni ħafna minn dal-kors hija li kellna faċilità li naħsbu b’mod kritiku, ‘il bogħod forsi mill-politika kif wieħed jaħseb b’mod partiġġjan. Il-fatt li inti tista’ taħseb b’moħħok mingħajr l-għamad ta’ politika partiġġjana, li naħseb li hija li xi ħaġa importanti fil-politika.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend