Fi dritt ta’ risposta mibgħuta mis-sit Lovin Malta, b’referenza għall-istorja ta’ ONE News dwar li l-Avukat Andrew Borg Cardona nfexx f’tgħajjir fil-konfront taċ-Chairman Eżekuttiv ta’ ONE, is-sit tal-Lovin Malta qal li l-artiklu jagħti l-impressjoni li Lovin Malta se tiftaħ kawża kontra l-istazzjonijiet tal-partiti politiċi u li b’xi mod qiegħda tiġi rrappreżentata mill-Avukati Andrew Borg Cardona u Peter Caruana Galizia.
Qal li l-verità hi li Lovin Malta se tiftaħ kawża kontra l-Istat.
Saħqet li n-notifika, u l-eventwali kawża, se tiġi ppreżentata mill-Avukati Eve Borg Costanzi u Matthew Cutajar.
Dawn huma avukati li taħt isimhom iffirmat hemm l-isem ta’ BCGL Advocates, li wieħed mid-diretturi tagħha huwa Andrew Borg Cardona nnifsu.