Il-kumpanija Melita ssofri minn attakk fuq is-sistemi tagħha – One News

Notifiki

Il-kumpanija Melita ssofri minn attakk fuq is-sistemi tagħha

Is-servizz tal-internet tal-Melita qed ikollu problemi minħabba li din il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni ġarrbet attakk virtwali fuq is-sistema tagħha.

Wara n-12:30pm, il-klijenti ta’ din il-kumpanija bdew jirrapportaw li kienu qed jesperjenzaw diffikultajiet fuq l-internet fosthom biex jibgħatu l-messaġġi u jidħlu f’siti elettroniċi.

Minkejja dan, is-servizzi tat-telefonija, messaġġi u t-televiżjoni ma kinux affettwati.

Il-kumpanija skużat ruħha mal-klijenti tagħha għal kull inkonvenjent.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend