Gavin Gulia se jibqa’ Chairman tal-MTA biex ikompli jagħti servizz fit-turiżmu fi żmien kruċjali – One News

Notifiki

Gavin Gulia se jibqa’ Chairman tal-MTA biex ikompli jagħti servizz fit-turiżmu fi żmien kruċjali

Fil-bidu tas-seduta parlamentari tal-lejla, l-Avukat Gavin Gulia ħa l-ġurmament ta’ Membru Parlamentari quddiem l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia.

Dan wara li lbieraħ ġie elett bħala deputat f’isem il-Partit Laburista, f’elezzjoni każwali li saret fuq is-sebgħa distrett.

Ftit wara li ħa l-ġurament ta’ membru parlamentari, Dr. Gulia qal li l-Prim Ministru talbu biex jibqa’ Chairman tal-Awtorità għat-Turiżmu f’dan iż-żmien ta’ sfida biex settur tant importanti għal pajjiżna jqum fuq saqajh.

Gavin Gulia qal li huwa aċċetta din it-talba u għalhekk se jibqa’ Chairman tal-MTA u sussegwentament se jkun qed jirriżenja minn deputat parlamentari.

Il-pass li jmiss huwa li l-Gvern jagħmel co-option biex persuna oħra ssir Membru Parlamentari fuq in-naħa tal-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend