Tfajla ta’ 21 sena li kienet passiġġiera fuq mutur, ittieħdet l-isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur fix-Xgħajra.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15:35 fi trejqa limiti tax-Xgħajra meta s-sewwieq ta’ 26 sena minn San Ġwann għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lit-tfajla l-isptar għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.