L-ajruplan li ġġarraf fl-Indoneżja kien għadu jiffunzjona qabel ma’ waqa’ – One News

Notifiki

L-ajruplan li ġġarraf fl-Indoneżja kien għadu jiffunzjona qabel ma’ waqa’

L-arjuplan li ġġarraf nhar is-Sibt li għadda kien ilu wieqaf minn Marzu u reġa’ beda jintuża fit-22 ta’ Diċembru. Uffiċjali qalu li l-ajruplan għadda mill-ispezzjonijiet li saru x-xahar l-ieħor u minn investigazzjonijiet preliminari nstabu li l-ajruplan baqa’ jaħdem hu u jiġġarraf.

Timijiet ta’ tfittxija diġà sabu xi partijiet mill-ajruplan kif ukoll katavri filwaqt li huma qed jaħsbu li jafu fejn huma allokati l-kaxxi s-sewda.

Il-Kap tal-Operazzjoni għat-Tfittxija qal li din l-operazzjoni se tibqa’ għaddejja lejl u nhar biex il-vittmi jinstabu malajr kemm jista’ jkun.

Uffiċjali Indoneżjani qalu li l-ewwel vittma, Okky Bisma membru tal-ekwiġaġġ ta’ 29 sena, ġiet identifikata permezz tal-marki tas-swaba.

Bħalissa hemm madwar 2,600 persuna tgħin fit-tfittix għall-vittmi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend