Jibda jieħu l-forma l-passaġġ tal-Belvedere ġdid fi Triq Għexierem fir-Rabat – One News

Notifiki

Jibda jieħu l-forma l-passaġġ tal-Belvedere ġdid fi Triq Għexierem fir-Rabat

Il-passaġġ tal-Belvedere ġdid fi Triq Għeriexem, fir-Rabat, qed jibda jieħu l-forma dan ix-xahar, hekk kif Infrastruttura Malta qed toqrob lejn it-tlestija ta’ nofs dan il-proġett ta’ €4 miljun biex tibni mill-ġdid din it-triq u twaqqaf għexieren ta’ snin ta’ ċediment tal-art u ħsarat lill-istess triq u l-bini madwarha.

Il-Proġett tal-Belvedere fl-Għeriexem jinkludi l-bini mill-ġdid ta’ Triq Għeriexem fuq pedamenti aktar b’saħħithom, b’disinn aktar sigur, kif ukoll belvedere li jinkludi passaġġi għall-mixi ġodda, bankijiet li jħarsu fuq Wied Għeriexem u żoni msebbħin b’ħafna siġar ġodda.

Din il-ġimgħa, Infrastructure Malta daħlet f’fażi oħra ta’ dan il-proġett, hekk kif il-ħaddiema qed jiffurmaw il-forma u l-qafas tal-azzar tal-art tal-passaġġ tal-belvedere, li se jisporġi ‘l barra mill-ħajt ġdid tal-ġenb tat-triq.

Fl-istess ħin, biex isseddaq il-benefiċċji ta’ dan il-proġett u tnaqqas il-problemi tal-għargħar li ilhom jolqtu dawn l-inħawi għal ħafna snin, Infrastructure Malta qed ittejjeb ukoll parti mis-sistema għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita bejn Vjal il-Ħaddiem, Triq Tat-Tabija, Triq Għeriexem u Triq Għajn Qajjet. Permezz ta’ dan it-titjib separat, l-aġenzija qed tqiegħed medda ta’ nofs kilometru pajpijiet ġodda wisgħin metru, minflok il-kanal dejjaq li kien hemm, waqt li qed iżżid ukoll l-effiċjenza ta’ uħud mill-ispralli eżistenti li hemm f’din iż-żona għall-ilqugħ tal-ilma. Dan it-tisħiħ ser jikkumplimenta s-sistema ġdida għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita li tagħmel parti mill-Proġett tal-Belvedere fl-Għeriexem, biex twassal l-ilma tax-xita minn diversi toroq fil-viċin lejn il-widien u kanali tal-ilma naturali fil-kampanja fl-inħawi.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Ian Borg, qal li l-mod kif inbniet it-triq ma kienx ta’ infrastruttura xierqa u għalhekk għal numru ta’ snin ħadd ma indirizza l-problemi ta’ din it-triq.

Saħaq li l-Gvern qed jagħmel investiment importanti ħafna biex jilqa’ għall-għargħar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend