It-Tlieta, l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini rċeviet l-applikazzjoni tal-kumpanija AstraZeneca u l-Università ta’ Oxford għal vaċċin kontra l-Covid-19. Dan biex il-professjonisti ta’ din l-aġenzija jkunu jistgħu jassiguraw li din it-tilqima hija waħda sigura sabiex tingħata fil-membri stati tal-Unjoni Ewropea.
L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini mistennija tagħti r-rakkomandazzjoni dwar din it-tilqima fid-29 ta’ Jannar, biex jekk dan il-vaċċin ikun approvat dan se jkun it-tielet vaċċin għal kontra l-Coronavirus li se jingħata fil-membri stati tal-Unjoni Ewropea, inkluż pajjiżna.
Malta se tkun qed tirċievi miljun doża ta’ dan il-vaċċin. S’issa bil-Pfizer u Moderna, pajjiżna se jirċievi 670,000 doża ta’ tilqim kontra l-Covid-19. Bl-approvazzjoni tal-vaċċin tal-AstraZeneca se jfisser li l-proċess se jkun qed jitħaffef iżjed.