Il-GWU titlob laqgħa urġenti mad-diriġenti ta’ ONE – One News

Notifiki

Il-GWU titlob laqgħa urġenti mad-diriġenti ta’ ONE

Il-GWU talbet laqgħa urgenti mat-tmexxija ta’ ONE Group wara l-aħbar li ħarġet fil-mezzi tax-xandir dwar il-kawża kostituzzjonali li tista’ twassal għall-għeluq tal-istazzjonijiet politiċi Maltin.

Fi stqarrija l-GWU saħqet kif il-ħaddiema ta’ ONE Group ilhom membri fi ħdan il-GWU sa mit-twaqqif tal-kumpanija. Il-Ħadd li għadda diversi membri avviċinaw lit-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi biex jaraw jekk din il-kawża taffetwax l-impjieg tagħhom.
Spjegat kif fid-dawl ta’ dan, il-GWU talbet laqgħa urġenti mat-tmexxija ta’ ONE Group b’rabta mal-futur inċert tal-ħaddiema.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend