Aidan Chircop, ta’ sitta u għoxrin sena, ingħata sentenza ta’ erba’ xhur ħabs, kif ukoll tilef garanzija ta’ tletin elf ewro.
Dan wara li kiser il-kundizzjonijiet tiegħu tal-ħelsien mill-arrest billi ammetta li ma marx jiffirma fl-għassa f’diversi okkażjonijiet.
Minkejja li l-akkużat stqarr li f’dawn id-diversi okkażjonijiet li ma marx jiffirma hu kien ma jiflaħx u kellu ċertifikat tat-tabib, huwa falla milli jippreżenta dawn iċ-ċertifikati quddiem il-Qorti.
Chircop jinsab akkużat fuq serq ta’ karozzi.