It-temp minn għada wara nofsinhar sa nhar il-Ħadd li ġej mistenni jiksaħ.
Dan hekk kif firxa ta’ pressjoni għolja qawwija fuq Spanja ser tħabbatha ma’ firxa ta’ pressjoni baxxa fuq il-Balkani. Dan ifisser li se jkollna riħ kiesaħ mill-Majjistral lejn il-Gżejjer Maltin.
Dan intqal fuq is-sit fuq Facebook, Malta Weather, li barra minn hekk ir-riħ mistenni jilħaq qawwa ta’ riefnu Forza 8, kultant b’mewġ għoli li jilħaq it-8 metri.
Ritratt: Reedemer Saliba