Inawgurat ġnien San Girgor fiż-Żejtun b’investiment ta’ €90,000 – One News

Notifiki

Inawgurat ġnien San Girgor fiż-Żejtun b’investiment ta’ €90,000

B’investiment ta’ disgħin elf ewro, b’sebgħa u ħamsin elf minnhom ġejjin minn fondi Ewropej; żona li kienet mitluqa, llum saret spazju miftuħ għall-familji Żwieten.

Ġnien San Girgor fiż-Żejtun, issa għandu Gazebo tal-injam li minnha tista’ tara veduta miftuħa, pavimentar ġdid u anke turf li jħaddar l-art tal-madwar. Ġnien li se jkun qed iservi ta’ spazju għal dawk kollha li jkunu qed ifittxu ftit ħin ta’ mistrieħ għal kwiet.

Waqt l-inawgurazzjoni ta’ Ġnien San Girgor, is-Sindku tal-Lokal, Doris Abela b’sodisfazzjon qalet illi proġetti bħal dawn qed jilħqu l-iskop biex il-komunità jkollha spazji miftuħa.

Hija qalet, “Dik hija priorità tagħna fil-fatt li nagħtu importanza kbira lil dawn l-ispazji miftuħa għal ġid tal-komunità tagħna u naraw kif nistgħu nisfruttaw partijiet li jkunu mitluqa bħalma kienet propju din l-area li qegħdin fiha hawnhekk u nutilizzawha biex stajna ħloqna dan il-post rikreattiv biex jitgawda mill-familji, l-anzjani u mit-tfal fil-lokalità tagħna.”

Fid-diskors tiegħu is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi, spjega l-importanza ta’ dawn il-proġetti u kif dan il-ġnien huwa eżepmju ċar ta’ kif il-fondi Ewropej qed jaslu għand u għal benefiċċju tal-komunità.

Il-Ministru għall-Gvern Lokali, José Herrera, sostna kif il-Gvern qed ikun ta’ għajuna għall-Kunsilli Lokali biex permezz ta’ skemi ta’ fondi maħruġa, isiru proġetti fil-komunitajiet. Il-Ministru Herrera semma wkoll kif ir-reġjuni se jkunu qed jgħinu lill-Kunsilli Lokali biex japplikaw għal skemi ta’ finanzjament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend