Id-Demokratiċi jintroduċu riżoluzzjoni biex jitneħħa Trump iżda r-Repubblikani se joġġezzjonaw – One News

Notifiki

Id-Demokratiċi jintroduċu riżoluzzjoni biex jitneħħa Trump iżda r-Repubblikani se joġġezzjonaw

Id-Demokratiċi Amerikani ntroduċew riżoluzzjoni fil-Kamra tar-Rappreżentanti li titlob formalment lill-Viċi-President Mike Pence ineħħli il Donald Trump minn President. Iżda r-Repubblikani qed oġġezzjonaw għal dan iżda mistennija jivvotaw dwarha t-Tlieta.

Numru ta’ Demokratiċi mistennija jressqu wkoll proċeduri ta’ tneħħija tal-President Trump jekk Pence ma jaġixxiex.

Trump qed jaffaċċja akkużi li instiga l-vjolenza f’irvellijiet fil-Capitol Hill fl-aħħar jiem, li matulhom mietu ħames persuni. Tmiem it-terminu tiegħu jinsab biss jiem ‘il bogħod, iżda Trump ilu minn nhar il-Ġimgħa ma jagħmel stqarrija pubblika, hekk kif ġie pprojbit minn diversi siti soċjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend