Il-Ministeru għas-Saħħa ċaħad li l-konsulent tas-saħħa pubblika Kenneth Grech iċċaqlaq mit-tim strateġiku għall-ġlieda kontra l-COVID-19 għax-xogħol li kellu qabel minħabba xi pariri li ta dwar l-iskejjel u l-istrajk li sar.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne aċċenna li Dr. Grech ma tneħħix iżda mar ikompli għax-xogħol li kellu qabel il-pandemija.
Dan b’reazzjoni għal stqarrijiet li b’xi mod Kenneth Grech tneħħa mix-xogħol tiegħu mas-saħħa pubblika wara l-istrajk tal-għalliema.
Il-Ministeru għas-Saħħa qal li bħalissa, l-awtoritaritajiet tas-saħħa qed jaħdmu sabiex jassiguraw li pajjiżna jingħata fondi Ewropej għas-settur tas-saħħa.
Fuq dan ix-xogħol se jkun involut Dr. Kenneth Grech.