Minn investigazzjoni li saret mill-membri mill-Bomb Disposal Unit flimkien ma’ membri tal-korp tal-pulizija dwar karozza suspettuża fi Triq il-Vitorja fl-Isla rriżultat fin-negattiv.
Kelliem tal-pulizija qal ma’ ONE News li l-pulizija rċeviet rapport ta’ karozza suspettuża għall-ħabta tat-3:20 ta’ wara nofsinhar. Minn hemmhekk bdiet investigazzjoni sabiex tistabilixxi dwar dan is-suspett.
Sakemm ġiet fi tmiema din l-investigazzjoni, it-triq prinċipali f’din il-belt ngħalqet għat-traffiku.