Raġel ta’ 31 sena mill-Belt Valletta nżamm arrestat wara li nqabad b’ammont ta’ droga kokaina u kannabis.
Dan l-arrest sar wara li waslet informazzjoni għand il-pulizija dwar din il-persuna li kien jinsab f’kamra f’lukanda f’San Ġiljan. Waqt din it-tfittxija, instabu ammont ta’ pakketti ta’ droga suspettata kokaina u ħaxixa tal-kannabis, flimkien ma’ ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.
Tfittxijiet oħra saru fir-residenza tiegħu fil-Belt, fejn hemmhekk instabu xi pakketti oħra b’sustanza suspettata ħaxixa tal-cannabis u oġġetti oħra relatati mal-abbuż tad-droga.
Ir-raġel qed jinżamm arrestat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u se jitressaq il-Qorti l-Ħadd filgħodu.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.