Miljuni Pakistani spiċċaw fi dlam ċappa wara qtugħ fil-provvista madwar il-pajjiż kollu tant li fost diversi residenti skattat ċertu biża’.
Fuq Twitter il-Ministru tal-Enerġija Omar Ayub Khan qal li l-blackout fil-pajjiż ġie kkawżat wara li l-frekwenza tas-sistema distributorja tal-elettriku niżlet b’mod drastiku minn 50 għal żero.
Intant il-Ministru Pakistani tenna li sigħat wara, f’bosta nħawi reġgħet ġiet lura l-provvista maqsuma f’fażijiet. Filwaqt li appella lill-poplu sabiex kullħadd jibqa’ kalm.