Il-Viċi President tal-Amerka, Mike Pence, mistenni jattendi l-inawgurazzjoni tal-President elett Joe Biden.
Din l-aħbar inxterdet jum biss wara d-diżgwid bejn Pence u l-President Donald Trump fejn Pence mar kontra x-xewqa ta’ Trump u ċċertifika r-riżultati tal-elezzjoni.
Pence kien affaċċja pressjoni kbira minn Trump u dawk li jappoġġjawh sabiex iwaqqaf iċ-ċerimonja minkejja li ntqal li mhuwiex fil-poter tiegħu li jagħmel dan.
Il-President elett Joe Biden qal li jinsab kuntent li Pence ser jattendi u saħaq kemm huwa importanti li jiġbdu ħabel wieħed matul din it-trażizzjoni fl-amministrazzjoni.