Miet il-veteran ta’ 101 li rċieva eluf ta’ kartolini u rigali tal-Milied minn madwar id-dinja wara li fetaħ qalbu dwar it-telfa ta’ martu fuq stazzjon televiżiv.
Martu Ella li kienu ilhom miżżewġin għal 70 sena mietet f’Marzu li għadda waqt li kienet pożittiva għall-Coronavirus.
Fid-dar li kien jgħix f’Norfolk kien tenna li dawn il-kartolini għenewh fl-ewwel Milied tiegħu mingħajr martu.