L-Istati Uniti qed tneħħi restrizzjonijiet ta’ kuntatti li għandha bejn l-uffiċjali Amerikani u Tajwaniżi.
Qal dan is-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo fejn tenna li dawn ir-restrizzjonijiet kienu ġew introdotti għexieren ta’ snin ilu sabiex jikkuntentaw lill-gvern Ċiniż. Dawn ir-regoli issa huma nulli u bla effett.
Din il-mossa x’aktar ħa tirrabja liċ-Ċina u żżid it-tensjonijiet bejn Washington u Beijing.
Dan fid-dawl ta’ l-amministrazzjoni ta’ Donald Trump li dieħla fl-aħħar jiem tagħha qabel l-inawgurazzjoni tal-Pesident Elett Joe Biden fl-20 ta’ Jannar.
Iċ-Ċina tqis it-Tajwan bħala provinċja mifruda, iżda l-mexxejja tat-Tajwan jargumentaw li huwa stat sovran.
Ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi huma mħawda u hemm theddida kostanti vjolenti li tista’ tkaxkar fl-Istati Uniti, alleati tat-Tajwan.