F’intervista fuq stazzjon Taljan li mistennija tixxandar il-Ħadd filgħaxija, il-Papa Franġisku qal li l-Vatikan qed iħejji sabiex jieħdu t-tilqima kontra l-COVID-19 mill-ġimgħa d-dieħla inkluż il-Papa stess.
Intant it-tabib tal-Papa Franġisku, Fabrizio Soccorsi, miet wara li kellu kumplikazzjonijiet waqt li kien pożittiv għall-COVID-19.
Soccorsi kien ilu t-tabib personali tal-Papa Franġisku mill-2015.
Soccorsi, li għandu 78 sena, ittieħed l-isptar f’Ruma l-għada tal-Milied minħabba l-marda onkoloġika. Għadu mhux ċar meta kien l-aħħar kuntatt dirett li kellu mal-Papa.