Żewġ anzjani jmutu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 – One News

Notifiki

Żewġ anzjani jmutu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

Żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan intqa fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 85 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-7 ta’ Jannar. Huwa miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjana ta’ 77 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva fit-3 ta’ Jannar. Hija mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend