Tifel ta’ 13-il sena, jinsab f’qagħda gravi wara li ntlaqat minn karozza fir-Rabat Malta.
L-inċident seħħ għal xi d-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu fi Vjal il-Ħaddiem.
It-tifel intlaqat minn vettura ta’ tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 30 sena li tgħix r-Rabat stess.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.