Fi New Zealand tfajla ta’ 19-il sena mietet wara li ġiet attakkata minn dak li qed jissuspettaw li huwa kelb il-baħar.
Minkejja li saru kull sforzi biex jtellgħu lill-mara li kienet għadha ħajja mill-baħar hija spiċċat mietet fuq il-post.
Il-pulizija nnutaw li l-ġrieħi li sofriet huma simili ta’ attakk minn kelb il-baħar.
Attakki simili huma pjuttost rari f’New Zealand u din hija l-ewwel fatalità mill-2013 l’hawn.