BIL-FILMAT: L-MUT tgħid li kien hemm diskussjonijiet produttivi u li l-indikazzjonijiet huma li se jintlaħaq ftehim

Il-Gvern u r-rappreżentanti tal-edukaturi kellhom diskussjonijiet produttivi wara laqgħat li komplew dalgħodu dwar il-ftuħ tal-iskejjel.

Fit-taħdidiet kien hemm involuti l-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci u rappreżentanti tal-unjin tal-għalliema, l-MUT fost oħrajn.

Fi tmiem il-laqgħa f’Kastilja, il-President tal-MUT Marco Bonnici qal li l-indikazzjonijiet huma li se jkun hemm lok għal ftehim wara li kien ordnat strajk ta’ jumejn.

Is-Sur Bonnici qal li fis-sigħat li ġejjin mistenni li jkun hemm żblokk.

Qal l-intenzjoni hija li toħroġ pożizzjoni waħda bi qbil ma’ kulħadd biex il-ftehim ikun japplika għall-iskejjel kollha, inkluż dawk tal-Knisja u indipendenti.

Spjega kif fil-ħin li ġej, wara diskussjonijiet interni toħroġ il-pożizzjoni wara t-taħdidiet.

Is-Sur Bonnici qal ukoll li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tat spjegazzjoni flimkien mal-istatistiku Vince Marmara’ dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-imxija.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Issa hadtuhom jumejn leave.Allura se tirrangaw.Min se jaghmilli tajjeb ghall granet li tlift xoghol.Intkhom tal MUT? Ma ghandkhomx rispett lejn listudenti w il gemituri taghhom.Qazziztu lill kullhadd.Fl MUT hemm bzonn bidla fit tmexxija.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend