Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi biex jinxtraw 300 miljun doża oħra għall-Covid-19 – One News

Notifiki

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi biex jinxtraw 300 miljun doża oħra għall-Covid-19

Il-Kummissjoni Ewropea proponiet lill-membri stati biex jixtru addizzjoni ta’ mitejn miljun doża għall-Covid-19 mingħand BioNTech u Pfizer u jekk iridu jistgħu jixtru wkoll mitt miljun ieħor.

B’dan l-Unjoni Ewropea se tkun tista’ tixtri sitt mitt miljun doża ta’ vaċċin, li diġa’ qed tingħata fil-membri stati kollha.

Il-Kummissjoni Ewropea fakkret ukoll kif il-vaċċin ta’ Moderna ġie approvat fis-sitta ta’ Jannar li għadda, filwaqt li oħrajn mistennija jiġu approvati fil-futur qrib.

B’dan l-Unjoni Ewropea mhux biss ikollha biżżejjed dożi għall-popolazzjoni kollha, iżda wkoll biex tagħti lill-pajjiżi ġirien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *