Il-kumpanija Hyundai ħolqot konfużjoni dwar il-possibilità ta’ karozza elettrika fi sħab mal-kumpanija Apple.
Dan wara li iktar kmieni ħabbret diskussjonijiet ma’ Apple dwar ħidma fuq karozzi elettriċi li jsuqu waħedhom fejn tennew li d-diskussjonijiet jinsabu fi stadju bikri.
B’din l-aħbar il-valur tal-Hyundai spara għal 9 biljun dollaru.
Iktar tard Hyundai rtirat dan u semmiet li tinsab f’taħdidiet ma’ kollaboraturi pontenzjali iżda din id-darba mingħajr ma semmew lil Apple.
Il-kumpanija Apple hija magħrufa li żżomm kollox sigriet meta tiġi biex toħroġ prodotti ġodda jew xi kollaborazzjoni.
Ix-xahar li għadda jidher li l-Apple kienet mistennija tniedi dan il-proġett fis-sena 2024 iżda jaf ikun hemm xi dewmien relatat mal-pandemija.
Is-suq tal-karozzi elettriċi iktar ma jmur iktar sar kompettitiv b’kumpaniji bħal Tesla baqgħu jżidu l-valur tagħhom.