Carmel Calleja ta’ ħamsa u ħamsin sena li jgħix Bormla nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li huwa spara b’arma u hedded lil żewġ persuni.
Il-każ seħħ nhar l-Erbgħa li għadda għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħaxija, fi Triq id-Dejqa.
Fil-Qorti, id-difiża qalet li ż-żewġ persuni barranin marru għall-akkużat dakinhar tal-każ. Id-difiża qalet kif il-pulizija sabet ukoll sgass mal-bieb tal-akkużat.
Ir-raġel, li qal li ma jaħdimx għaliex ma jarax, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.