Notifiki

Żieda ta’ 6.7% fl-impjiegi full-time bejn Mejju 2020 u l-istess xahar tal-2019

F’Mejju li għadda, waqt pandemija, f’Malta kien hemm żieda ta’ 6.7% fl-impjiegi full-time fuq Mejju tas-sena ta’ qabel, meta ma kienx hemm għaddejja pandemija li laqtet lid-dinja kollha.

Dan skont statistika uffiċjali maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO.

Jirriżulta wkoll li dawk jaħdmu part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom naqsu b’8.6% bejn Mejju li għadda u Mejju tas-sena ta’ qabel.

L-NSO qal li l-akbar żieda ta’ ħaddiema full-time bejn Mejju li għadda u ta’ qabel, kienet fil-qasam tal-għoti tas-servizzi u f’dak li għandu x’jaqsam mal-oqsma amministrattivi.

Segwiti minn żieda wkoll ta’ ħaddiema full-time fil-qasam tas-saħħa u soċjali.

Is-settur privat ra żieda notevoli fl-impjiegi full-time.

Fil-fatt, filwaqt li f’Mejju tal-2019 kien hemm 168,512-il ħaddiem, f’Mejju tal-2020 kien hemm 181,396 ħaddiem.

Żieda ta’ kważi 13,000 ħaddiem.

Fis-settur pubbliku ż-żieda tal-ħaddiema full-time kienet ta’ ftit aktar minn 1,500 biex b’hekk f’Mejju kien hawn 49,504 ħaddiema full-time jaħdmu fis-settur pubbliku.

In-numru ta’ ħaddiema jaħdmu għal rashom żdied ukoll b’aktar minn 2,500 filwaqt li n-numru ta’ nies reġistrati bħala persuni li jħaddmu lin-nies żdied bi kważi 12,000.

Bejn Mejju li għadda u Mejju tal-2019, in-numru ta’ rġiel jaħdmu żdied b’6.3% filwaqt li r-rata tan-nisa żdiedet b’7.3%.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend