Jinħeles wara żball fid-dati ta’ meta ngħata l-libertà proviżorja – One News

Notifiki

Jinħeles wara żball fid-dati ta’ meta ngħata l-libertà proviżorja

Raġel ta’ 38 sena ġie meħlus wara li nqabad jikser il-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti.

Ir-raġel li ngħata l-ħelsien mill-arrest wara każ ta’ vjolenza domestika kien imwaqqaf f’roadblock fejn ġie arrestat fuq il-post minħabba li dan ma setax joħroġ mid-dar wara ċertu ħin.

L-akkużat qal li kellu appuntament fl-isptar ta’ Monte Karmeli.

Fil-Qorti d-Difiża nnutat li kien hemm żball f’waħda mid-dati, għaliex l-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest f’Awwissu tal-2020 u mhux f’Settembru tal-istess sena.

B’hekk l-unika akkużi tal-imputat huwa li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti li ma jeżistux, għaliex kienu bbażati fuq ix-xahar ta’ Settembru.

Minħabba din in-nuqqas ta’ evidenza, il-Maġistrat Rachel Montebello ħelset lir-raġel mill-akkużi tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend