Illum, l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, l-EMA mistennija tapprova t-tilqima għal kontra l-COVID-19 tal-kumpanija Moderna. Dan hekk kif il-professjonisti tal-aġenzija se jkunu qed jarblu dan il-vaċċin ta’ din il-kumpanija.
Din il-laqgħa li se tkun qed issir b’mod virtwali kienet pjanata li ssir fit-tnax ta’ Jannar iżda wara pressjoni mill-membri stati tal-Unjoni Ewropea, din il-laqgħa se ssir sitt ijiem qabel.
Wara li l-aġenzija tapprova dan il-vaċċin, wara jkun imiss lill-Kummissjoni Ewropea biex tapprova din l-approvazzjoni biex imbagħad jitqassam madwar is-sebgħa u għoxrin membru stat tal-Unjoni Ewropea, fosthom Malta.
Dan se jkun it-tieni vaċċin li se jkun approvat mir-regolatur tal-Unjoni Ewropea, wara li fil-21 ta’ Diċembru l-istess aġenzija approvat il-vaċċin għal kontra l-COVID-19 tal-kumpanija BioNTech u Pfizer. Ħamest ijiem wara, l-għada tal-Milied fil-mitjar Malti waslu l-ewwel 10,000 doża ta’ dan it-tilqim u l-għada fis-27 ta’ Diċembru bdew jitlaqqmu l-ewwel Maltin għal kontra l-Coronavirus.