Notifiki

Raġel arrestat b’rabta ma’ tliet serqiet

Investigazzjoni konġunta bejn il-pulizija ta’ Ħal Qormi u ta’ Birkirkara, wasslet biex ilbieraħ ġie arrestat raġel ta’ 36 sena, wara li hu ġie identifikat li wettaq tliet serqiet minn stabbilimenti tal-ikel.

Mill-istħarriġ li sar irriżulta li r-raġel, allegatament, wettaq tliet serqiet; waħda fit-12 ta’ Diċembru fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard, fil-lejl ta’ bejn it-12 u t-13 ta’ Diċembru fi Triq l-Intornjatur, l-Imrieħel u fit-28 ta’ Diċembru fi Triq is-Salib, fl-Imrieħel.

Fit-tliet każijiet, il-pulizija sabu sgass u serq ta’ flus kontanti mill-cash-registers.

Ir-raġel se jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend