Notifiki

Imutu tliet anzjani waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

Tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 67 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-26 ta’ Diċembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjana ta’ 87 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta’ Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex anke llum l-aħħar tas-sena nibqgħu viġillanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni fosthom id-distanza soċjali u l-ilbies tal-maskra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend