Illejla, il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela se jkun qed iwassal il-messaġġ tiegħu għas-sena l-ġdida 2021.
Il-messaġġ tiegħu mistenni jkun wieħed b’saħħtu, ta’ kuraġġ u li jħares ‘il quddiem minkejja l-isfidi kollha tas-sena li qed intemmu, ewlenija l-pandemija ta’ Covid-19.
Il-Prim Ministru Robert Abela mistenni jsemmi oqsma li fuqhom il-Gvern se jissokta l-ħidma tiegħu fihom fis-sena l-ġdida, fosthom fl-ambjent, b’ħafna miri ambizzjużi u anke aktar riformi.
Il-messaġġ tal-lejla jixxandar l-ewwel darba fuq l-istazzjon nazzjonali fid-8:50pm.
L-istazzjonijiet ONE se jkunu qed ixandru l-messaġġ illejla fid-9:45pm u għada fil-12:15pm u fis-7:10pm fuq it-televiżjoni filwaqt li ONE radio se jxandar l-istess messaġġ illum fl-10:00pm u għada fit-8:15am, fil-11:25am, fl-3:45pm u fis-7:15pm.