Fl-aħħar sigħat, fiequ erbgħa u sittin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna, u feġġew mija u disa’ każijiet minn fost elfejn, tmien mija u tmienja u ħamsin każ.
Dan ifisser li sitta u disgħin fil-mija tat-testijiet li saru ġew negattivi, u erbgħa fil-mija ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna, saru aktar minn ħames mija u erbatax-il elf test.