Notifiki

Rigali mgeżwra bl-imħabba jaslu għand it-tfal tal-priġunieri

Tfal tal-priġunieri ngħataw rigali għal żmien il-festi bħala parti mill-inizzjattiva ta’ ‘Rigal b’Imħabba’.

Waqt żjara fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela ppreżentat numru ta’ rigali biex jingħataw lit-tfal ta’ dawk li bħalissa qegħdin fil-faċilita jiskontaw sentenza ta’ priġunerija.

Fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, Dr Abela spjegat li tul dawn l-aħħar sigħat tas-sena 2020, żaret ukoll il-Millenium Chapel f’San Ġiljan li toffri kenn għal żgħażagħ bil-vizzji u numru ta’ familji li bħalissa għaddejjin minn żmien diffiċli.

Waqt dawn iż-żjarat, Dr Abela qassmet ir-rigali li ngħataw mill-poplu Malti u Għawdxi tul iż-żmien ta’ festi biex dawn l-istess rigali jkunu jistgħu jitqassmu lit-tfal biex tkun żgurata tbissima fuq fomm kull tifel u tifla.

Fl-aħħar siegħat tas-sena 2020 ħadt l-opportunita’ li nżur il-Millenium Chapel f’San Ġiljan li toffri paċi lil tant…

Posted by Lydia Abela on Wednesday, 30 December 2020

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend