Kif se nqattgħu l-ewwel tas-sena?

Għadda l-Milied u qed joqrob lejliet l-ewwel tas-sena, u dlonk bdew il-pjanijiet tagħna biex insellmu lil din is-sena partikolari u jagħtu bidu għal kapitlu ġdid.

Crew ta’ ONE News nizel fit-toroq tal-belt biex jaraw xi pjanijiet għandhom il-Maltin għal lejlet l-ewwel tas-sena.

Raġel qalilna, “Mal-familja hux.”

Mara oħra stqarret, “Dejjem magħluqin id-dar għax aħna anzjani u għall-bżonn ġejna llum.”

Persuna oħra qalet, “Heq hi d-dar hu mal-familja.”

Anzjan qalilna, “Id-dar id-dar jien ħa noqgħod.”

Dan filwaqt li mara oħra qaltilna, “Mal-familja, għandi r-raġel mejjet u nġbart naqra mat-tifla.”

Raġel irrimarka, “Kif tridni nqattagħha mhux bħax-xjuħ m’hemmx x’tagħmel, heq kif tridni nqattagħha hi jiena waħdi hu”

“Mal-familja”, Qalilna raġel ieħor.

Mara oħra stqarret, “Mal-familja ma tantx hemm xi għażliet oħrajn li nkunu d-dar u kulħadd mal-familja, id-dar”, filwaqt li raġel ieħor qal, “Tal-età tiegħi hu, id-dar bil-kwiet.”

Persuna oħra qaltilna, “Id-dar hu, id-dar hu xorta d-dar nibqa’ għalissa.”

Ftit minn nies li ntqajna magħhom semmew wkoll l-fatt li minħabba l-pandemija, din is-sena ddeċidew li ma jiċċelebrawx bl-istess mod bħas-soltu.

Anzjan stqarr magħna, “Jiena dejjem l-istess, imma ħabba din il-covid-19 mort daqsxejn lura.”

Dan filwaqt li mara rrimarkat, “Din is-sena minħabba l-Covid iddeċidejna li nqattgħuh id-dar biss biex nevitaw naqra u nirrispettaw lin-nies u lit-tobba u lin-nurses li qegħdin jaħdmu.”

U anke f’sena ta’ pandemija sibna min xorta se jqatta’ lejlet l-ewwel tas-sena b’mod kemmxejn avventuruz, izda naturalment, sigur.

“Jekk ma jinqala xejn, hemm it-tifla qegħda Għawdex għandha flat u aħna telgħin ġo lukanda u ħa nagħmlu tliet ijiem magħhom”, qalilna raġel.

“Noħorġu mal-familja, għandna l-quddies għax jiena qegħda mal-kor ta’ Ħaż-Żebbuġ u hekk hu”, temmet tgħidilna persuna oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend