Notifiki

Erba’ xhur ħabs wara li nstab ħati li kien se jitlaq minn Malta b’passaport li mhux tiegħu

Immigrant ta’ 19-il sena ntbagħat erba’ xhur ħabs wara li pprova jitlaq minn pajjiżna lejn Brussell b’dokumenti li mhux tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Karl Roberts qal li l-imputat ġie arrestat fl-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta, hekk kif kien se jaqbad titjira lejn Brussell b’dokument tas-Senegal u karta tal-identità li mhux tiegħu.

L-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend