Arrestat wara sejba ta’ 60 pakkett droga kokaina – One News

Notifiki

Arrestat wara sejba ta’ 60 pakkett droga kokaina

Il-Pulizija ta’ Kontra d-Droga għamlet sejba oħra ta’ sittin pakkett żgħir ta’ droga kokaina u żewġ pakketti żgħar ta’ droga kannabis. Dawn waqt operazzjoni tard ilbieraħ filgħaxija li rat l-arrest ta’ raġel ta’ 24 sena li joqgħod Marsaxlokk.

Fi stqarrija mill-Korp tal-Pulizija ntqal li wara jiem ta’ osservazzjoni, tard il-Ħadd filgħaxija r-raġel ġie ċċirkondat waqt li kien qed isuq fi Triq it-Trunċiera, Marsaxlokk. Barra d-droga nstab ukoll ammont ta’ flus kontanti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ħatret inkjesta Maġisterjali dwar dan il-każ.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti taħt arrest għada b’akkużi relatati mat-traffikar tad-droga, fost l-oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend