Notifiki

Id-DPM jgħid li l-Presidenza Maltija tal-2017 wittiet it-triq għax-xiri konġunt tal-mediċini fl-UE

Il-Presidenza Maltija tal-2017 wittiet it-triq għax-xiri konġunt tal-mediċini fi ħdan l-Unjoni Ewopea.

Fi kliem il-Kap tal-fergħa tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fl-Ewropa, Hans Kluge, huwa grazzi għat-tmexxija għaqlija tal-Gvern Malti li bdew jitlaqqmu l-istati membri tal-Unjoni Ewropea inkluż Malta.

Fuq il-programm Paperscan il-Ħadd filgħodu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne esprima b’sodisfazzjon kemm kienet strumentali l-Presidenza Maltija.

Huwa stqarr: “Dalgħodu kitibli d-Direttur tal-WHO biex jifraħli, biex jgħidli, isma’ kieku ma kinitx għall-Presidenza tagħkom ta’ tliet snin ilu u daħħaltu anki l-mekkaniżmu leġiżlattiv biex l-Ewropa tkun tista’ tixtri flimkien, kieku x’aktarx illum m’għandniex il-vaċċin fl-Ewropa.”

Id-Deputat Prim Ministru sostna fuq l-importanza tat-tilqima b’mod speċjali dawk li jbatu minn mard kroniku, ażma u min ma jaqbilx miegħu l-pencillin.

Huwa sostna: “S’issa qed ngħidu, in-nisa pregnant ma jiħduhiex u żgħażagħ u tfal ta’ taħt is-16-il sena u min kellu allerġija tant qawwija li kellu bżonn jieħu l-adrenalina, dik l-epipen. Xi ħadd ġratlu, tkun taf biha. Mhux li tgħid, jien għandi naqra ma jaqbilx miegħi xi ħaġa żgħira, dawk jistgħu joħduh.”

Il-Ministru għas-Saħħa faħħar l-isforzi tal-poplu Malti li rrealizza l-importanza li nipproteġu lil xulxin, u wissa li minkejja li bdejna t-triq ta’ rkupru, ix-xhur xitwin jafu jkunu ibsin.

Id-Deputat Prim Prim Ministru tenna: “Bdejna nattakkaw l-mikrobu, konna qed niddefendu u issa qed nattakkaw. Ħa toħdilna l-ġimgħat, ħa toħdilna x-xhur. Irridu nibqgħu responsabbli, irridu nibqgħu nuru solidarjetà lil xulxin, irridu nibqgħu kawti. In-numru f’Jannar x’aktarx jitilgħu, il-kesħa, il-fatt illi minkejja t-talbiet tagħna xorta kien hemm nies li nġemgħu fil-Milied u rridu noqogħdu attenti li lejlet l-ewwel tas-sena nibqgħu responsabbli għax in-numri ħa jogħlew f’Jannar imma mbagħad jibdew neżlin u jinżlu sew.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend