Notifiki

Jammettu li użaw dokumenti foloz

Żewġ Marokkini u Albaniż tressqu l-Qorti mixlija b’użu ta’ dokumenti foloz.

Huma għandhm bejn il-ħamsa u tletin u t-tlieta u erbgħin sena, u lkoll ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom. Jidher ukoll li dawn ikkoperaw mal-awtoritajiet.

Huma ġew ikkundannati disa’ xhur ħabs kull wieħed.

Il-Maġistrat tal-Għassa, Donatella Frendo Dimech qalet li l-użu ta’ dokumenti foloz huwa reat serju, għaliex is-sigurtà ta’ pajjiż tiddependi fuq l-influss tal-persuni li jidħlu u joħorġu minnu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend