Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ martu Lydia Abela u binthom Giorgia Mae qassmu r-rigali, li nġabbru fl-iniżjattiva Rigal b’Imħabba, għat-tfal ta’ residenti fiċ-ċentru terapewtiku ta’ San Blas immexxi mill-Caritas.
Dawn ingħataw waqt żjara li għamlet il-familja Abela l-għada tal-Milied. Dan iċ-ċentru jkopri fih ix-shelter tal-irġiel, il-komunità tal-programm residenzjali u s-sezzjoni tan-nisa.
Waqt din iż-żjara, il-Prim Ministru flimkien ma’ martu kellhom iċ-ċans li jitkellmu mar-residenti dwar ix-xogħol li qed jagħmlu sabiex joħorġu mill-isfida personali tagħhom u l-pjanijiet li għandhom għal futur.
F’dik li kienet l-ewwel żjara uffiċjali tagħna għand il-Caritas, Robert Abela u jien żorna l-komunità terapewtika ta’…
Posted by Lydia Abela on Saturday, December 26, 2020