Notifiki

AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 43 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ karozza tal-għamla Volkswagen Golf li kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ 23 sena miż-Żejtun.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:00pm fi Triq Ta’ Torba, f’Ħal Lija.

Fuq il-post isejħet l-assistenza tal-Pulizija u tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend